Raġel jittella' mejjet mill-baħar f'Manoel Island

Raġel li kien fuq dinghy ipprova jagħti l-għajnuna lis-Serb li kien mitluf minn sensieh fil-baħar 

Ritratt | Google Maps
Ritratt | Google Maps

Serb ta’ 29 sena ttella’ mejjet mill-baħar fl-inħawi ta’ Manoel Island fil-Gżira.

Kien għall-ħabta tat-8.15 ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna f’wiċċ il-baħar f’dawk l-inħawi.

Ritratt | Malta Police
Ritratt | Malta Police

Meta marru fuq il-post, il-Pulizija sabu raġel li kien fuq dinghy li kien qed jipprova jagħti l-għajnuna lil raġel ieħor li deher mitluf minn sensieh fil-baħar, li aktar tard ġiet ċċertifikat mejjet.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar numru ta’ esperti biex jassistuh fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka