Taljan bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Gżira

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq ix-Xatt

Taljan ta’ 62 sena minn Tas-Sliema ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Gżira.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq ix-Xatt meta t-Taljan intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 42 sena mill-Isla.

Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll ta’ tim mediku b’ambulanza li ħadu lir-raġel l-isptar għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka