Persuni mhux awtorizzati mill-Knisja jżuru l-kunventi biex jitolbu l-flus

Tliet persuni, li m'għandhomx l-ordni sagri, qed iqaddsu u jitolbu mal-komunità biex jitolbu l-flus f'donazzjonijiet 

Il-Knisja f’Malta qed tavża fuq tliet persuni li qed iżuru knejjes u kunventi biex jitolbu l-flus.

Dawn it-tliet persuni li qed jagħmluha ta’ abbati, isqof u kjeriku qed imorru jitolbu mal-komunità u biex iqaddsu wkoll filwaqt lis-superjuri jkellmuhom dwar proġetti li għandhom f’moħħhom bl-iskop li jeħdulhom il-flus b’donazzjonijiet. L-isqof qed jgħid li huwa minn Bormla.

Il-Knisja permezz ta’ avviż fuq is-sit elettroniku qed issostni li dawn il-persuni mhumiex ordnati validament u m’għandhomx jitħallew jiċċelebraw is-Sagramenti, għax mhux ordnati.

Lanqas għandhom jiddaħħlu fil-kunventi u l-monasteri.

Il-Knisja tavża li f’każ ta’ diffikultà għandha tintalab l-għajnuna tal-Kurja.

More in Kronaka