Sospiż is-Surġent li għadda rimarki dispreġġjattivi wara l-mewt ta' Caruana Galizia

Il-każ u l-kumment tas-Surġent Mifsud ġie investigat mit-Taqsima tal-Affarijiet Interni tal-Pulizija. 

Is-Surġent Ramon Mifsud ġie sospiż mill-Korp tal-Pulizija wara r-rimarki dispreġġjattivi li għadda fuq il-profil personali tiegħu fuq Facebook wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-każ u l-kumment tas-Surġent Mifsud ġie investigat mit-Taqsima tal-Affarijiet Interni tal-Pulizija.

Fil-kumment tiegħu Mifsud qal li Ħadd wara Ħadd tasal ta’ kulħadd u li kien kuntent bil-mewt ta’ Caruana Galizia.

Dan il-post ġie kkundannat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Kelliem għall-Ġustizzja tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi, l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija u l-Unjin tal-Pulizija (POU).

Il-kummenti ġew ikkundannati wkoll mill-membri tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fuq Facebook ftit tal-ħin wara li dehru l-kummenti tal-Ispettur, bdiet ukoll petizzjoni biex jinġabru l-firem sabiex jiġi sospiż minnufih mill-Korp.

Fil-31 ta' Diċembru tal-2014, Caruana Galizia kienet kitbet fuq is-Surġent Mifsud. 

More in Kronaka