Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Raġel jittajjar minn fuq il-mutur u jsofri ġrieħi gravi

Iż-żgħażugħa li kienet qed issuq il-karozza tingħata assistenza medika 

Albert Gauci Cunningham / 12 t'Ottubru 2017 11:55
Dalgħodu, għall-ħabta tas-7:30 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq is-Sebħ, l-Imrieħel (Mrieħel bypass). Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Ħal Qormi marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li għal xi raġuni kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kawasaki VN800 u karozza tal-għamla Hyundai I20. 

Is-sewwieq tal-mutur, li għandu 58 sena, residenti Għajnsielem, sofra xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa.  Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Żagħżugħa ta’ 19-il sena, residenti Ħal Qormi li kienet qiegħda ssuq il-Hyundai I20 ukoll ingħatat l-assistenza medika minħabba li kienet qiegħda ssofri minn shock.

 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook