Tliet żgħażagħ jidħlu l-iskola ta' Blata l-Bajda u jagħmlu ħerba

Il-Pulizija għaddejja b'investigazzjoni fuq il-każ ta' vandaliżmu hekk kif għada tiftaħ l-iskola

Vandaliżmu fl-iskola ta' Blata l-Bajda
Vandaliżmu fl-iskola ta' Blata l-Bajda

Għada tibda l-iskola. Is-sena skolastika l-ġdid iżda ma tantx se tkun bdiet tajjeb għall-iskola San Ġorġ Preca ta' Blata l-Bajda. 

Dan is-sit jinsab infurmat li fl-20 ta’ Settembru għall-ħabta tal-4:15pm, tliet żgħażagħ ta’ 15-il sena daħlu, illegalment fl-iskola tal-Blata l-Bajda, fejn hemmhekk għamlu ħerba billi kissru bosta apparat u tgħamir li jintuża mill-iskola, filwaqt li anke għamlu ħsara lill-infrastruttura tal-istess binja.

Il-Pulizija kkonfermat din l-informazzjoni mal-gazzetta ILLUM, filwaqt li informatna li l-investigazzjoni min-naħa tal-Korp għadha għaddejja.

More in Kronaka