Lestu l-umbrelel għax ġejja x-xita, jgħidu s-siti tat-temp

Is-sit FirstMalta.com tidibatti kummenti fuq il-media soċjali li qed joħolqu xi ftit tal-allarm

Is-Sit FirstMalta.com, bassara indipendenti tat-temp, jinnotaw li ammont kbir ta’ kummenti fuq il-media soċjali qed joħolqu xi ftit tal-allarm hekk kif ħafna qed jgħidu li nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru mistennija ammont kbir ta' xita.

Skont l-istess sit, dan mhux minnu hekk kif it-Tnejn mhux mistennija xita, iżda l-ġurnata se tkun b'xi perjodi ta’ sħab, bir-riħ Punent Majjistru Forza 4 – 5, bl-ogħla temperatura tilħaq is-27C u l-inqas id-19C.

Skont l-istess sit ix-xita hija mistennija għada l-Ħadd 24 ta' Settembru, u tista’ tkun akkumpanjata minn xi sajjetti, iżda mhux qed nistennew xi ammont kbir ta’ xita  bl-ikbar probabbilita’ ta’ xita tibqa’ għall-wara nofsinhar.

 

 

More in Kronaka