Taljan iweġġa' serjament bil-mutur fil-Mellieħa

L-inċident seħħ ilbieraħ bejn mutur li kien misjuq mit-Taljan u karozza li kienet misjuqa minn anzjan ta’ 65 sena mill-Mellieħa. 

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Taljan ta’ 36 sena sofra ġrieħi serji wara li kien invout f’inċident tat-traffiku li seħħ fl-inħawi magħrufa bħala l-Aħrax tal-Mellieħa.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.15 ta’ filgħaxija bejn mutur li kien misjuq mit-Taljan u karozza li kienet misjuqa minn anzjan ta’ 65 sena mill-Mellieħa.

Bil-każ ġiet mgħarrfa l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret numru ta’ espersti biex jassistuha fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka