Kuċċier iweġġa' gravi wara li karozza ħabtet mas-serkin

Il-kuċċier Għawdxi weġġa meta karozza kellha mpatt mas-serkin, fir-Rabat Għawdex

Ritratt Arkivji
Ritratt Arkivji

Kuċċier Għawdxi sofra ġrieħi gravi dalgħodu wara li kien involut f'inċident ma' karozza.

Il-każ seħħ iktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6:10, meta l-Pulizija ġew infurmati li kien seħħ inċident fi Triq Papa Ġwanni Pawlu, ir-Rabat, Għawdex.

Il-Pulizija marru fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar jidher li waqt li vettura Nissan Micra kienet qed tiġi misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena, residenti ir-Rabat, Għawdex, għal xi raġuni din kellha mpatt ma’ serkin li dak il-ħin kien għaddej fl-istess direzzjoni.

F’dan l-inċident il-kuċċier, raġel ta’ 50 sena, residenti ir-Rabat, Għawdex sofra ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li t-tfajla ma weġġgħetx.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka