Żagħżugħ f'qagħda kritika wara li waqa' sular

Olandiż ta' 25 sena waqa' f'San Ġiljan

Żagħżugħ ta' nazzjonalità Olandiża weġġa' u jinsab f'qagħda kritika wara li waqa għoli ta' madwar sular iktar kmieni dalgħodu f'San Ġiljan.

Il-każ seħħ iktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-6:00 meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan marru minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li għal xi raġuni, raġel kien waqa’ minn għoli ta’ madwar sular.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.

Ir-raġel huwa Olandiż u għandu 25 sena.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr G Vella LLD. li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka