filmat | Nirien jaħkmu l-impjant ta' Sant'Antnin f'Marsaskala

Jidher li m'hemm l-ebda persuna mweġġa', waqt li l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu għaddejjin bil-ħidma tagħhom biex jikkontrollaw in-nirien

ritratt: Veronique Gaglione/ Facebook
ritratt: Veronique Gaglione/ Facebook

Nirien qawwi ħakem l-impjant ta' riċiklaġġ f'Marsaskala ftit tal-ħin ilu. 

L-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin inħakem min-nirien qawwija b'daħna sewda tiddomina s-sema f'diversi nħawi, mhux biss fin-naħa t'isfel tal-pajjiż.

Immedjatament ġew imsejħa numru ta' karozzi tat-tifi tan-nar li min-naħa tagħhom qegħdin jippruvaw jikkontrollaw in-nirien. Intant, il-Protezzjoni Ċivili ħarġet ukoll avviż sabiex ir-residenti tal-madwar joqogħdu 'l bogħod minn dan in-nirien billi jagħlqu l-bibien u t-twieqi minħabba li dan id-duħħan kapaċi jkun ukoll tossiku.

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela appella biex kemm jista' jkun, in-nies ma jersqux lejn l-impjant. Qal ukoll li membri tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin bil-ħidma tagħhom sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, waqt li qal kif ma jidhirx li  hemm persuni imweġġa'.

 

Id-daħna tidher sew minn diversi nħawi, fosthom minn Santa Venera | ritratt: Pascal Aloisio
Id-daħna tidher sew minn diversi nħawi, fosthom minn Santa Venera | ritratt: Pascal Aloisio
ritratt: Gianluca Falzon
ritratt: Gianluca Falzon

 

 

More in Kronaka