Żagħżugħ ta' 19-il sena jsofri ġrieħi gravi wara inċident b'mutur

Ġuvni mis-Siġġiewi weġġa' gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu

Ġuvni ta' 19-il sena mis-Siġġiewi sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu.

Il-każ seħħ iktar kmieni llum għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa triq Mons. Mikiel Azzopardi, Siġġiewi. 

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ jidher li ġuvni ta’ 19-il sena residenti s-Siġġiewi, sofra xi ġrieħi meta tilef il-kontrol tal-mutur tiegħu Yamaha T110.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei u iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka