17 -il persuni arrestati fuq droga

Il-persuni kellhom fuqhom ammonti sostanzjali ta' kokaina, ecstasy, raża u ħaxixa tal-kannabis

Ħidma li saret mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, matul il-lejl li għadda, wasslet għall-arrest ta’ 17-il persuna ta’ nazzjonalità Maltija, Rumena, Awstraljana u Estonjana, li l-età tagħhom tvarja bejn it-18 u l-35 sena.

Dawn il-persuni ġew arrestati waqt tfittxijiet li saru f’żona rurali fl-inħawi tal-Imtarfa, wara li fil-pussess tagħhom instabu xi sustanzi illegali, allegatament kokaina, ecstasy, raża u ħaxixa tal-kannabis.  L-ammont ta’ droga misjuba jindika li x’aktarx din kienet għall-użu personali tagħhom.

Is-suspettati għadhom qegħdin jinżammu mill-Pulizija għal iktar stħarriġ.

More in Kronaka