Rumen jinstab mitluq mal-art f’San Pawl il-Baħar

Huwa mifhum li r-raġel Rumen kien involut f'argument

Ilbieraħ għall-ħabta tas-19:15, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija mid-Distrett tal-Qawra marru minnufih fuq il-post fejn sabu raġel Rumen mitluq mal-art f’għadira demm. Għaldaqstant fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ittma l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Huwa mifhum li r-Rumen sofra dawn il-ġrieħi wara argument li kellu ma' persuna ta' nazzjonalità Serba.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom ghaddejjin.

More in Kronaka