Raġel isofri ħruq wara li prova jitfi nirien f'karozza taqbad

Raġel minn Santa Venera sofra ġrieħi gravi minħabba ħruq li ġarrab wara li prova jitfi n-nirien f'vettura li ħadet in-nar fil-Ħamrun

ritratt: Arkivji
ritratt: Arkivji

Raġel minn Santa Venera sofra ġrieħi gravi minħabba ħruq li ġarrab wara li prova jitfi n-nirien f'vettura li ħadet in-nar fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ kmieni dalogħodu, għall-ħabta tan-nofsiegħa ta' filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Fatati, il-Ħamrun.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufiħ fuq il-post fejn sabu li kien hemm xi nirien ġewwa vettura fl-imsemmija triq. Għaldaqstant, fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-assistenza.

Jidher li ftit qabel il-wasla tal-Pulizija raġel ta’ 30 sena, residenti Santa Venera li kien fuq il-post sofra xi ħruq wara li prova jitfi l-vettura tal-għamla BMW X5. Ir-raġel iktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Aaron Bugeja LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka