Franċiż li kien abseling ix-Xlendi jaqa’ u jweġġa’ gravi

Kellu jkun helicopter tal-armata biex itella’ r-raġel mill-irdum sabiex jittieħed l-isptar.

Il-helicopter tat-tip Aw139 li ntuża għas-salvataġġ fix-Xlendi
Il-helicopter tat-tip Aw139 li ntuża għas-salvataġġ fix-Xlendi

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-17:15, raġel Franċiz ta’ madwar 30 sena, sab ruħu f’diffikulta u waqa' minn għoli ta' madwar 4 metri, waqt li kien qiegħed abseiling (jinżel mal-blat permezz ta’ ħbula), fil-limiti tal-Grotta, ix-Xlendi, Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, flimkien ma’ membri mill-Protezzjoni Ċivili u mal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex itellgħu lir-raġel minn fejn kien jinstab wara l-waqgħa.

Sabiex jittella’ r-raġel kellu jintuża l-helicopter tal-armata tat-tip AW 139, li permezz tiegħu intlaħaq ir-raġel u seta’ jittella, sa fejn kien hemm ambulanza tistenna biex tieħu l-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka