Raġel isofri ġrieħi gravi wara li ħabat ġo ħajt bil-karozza

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu fl-Imqabba. Ħadd aktar ma kien involut fl-inċident

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-00:45, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq tas-Sejba, Mqabba, li fih raġel ta’ 46 sena minn San Ġwann, tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu, tat-tip Renault Megane u b’konsegwenza t’hekk ħabat ma’ ħajt fl-istess triq.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, flimkien ma’ membri mill-Protezzjoni Ċivili, li assistew sabiex ir-raġel inħareġ mill-karozza. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka