Raġel iweġġa' gravi wara waqgħa minn gallarija

Ir-raġel ta' 41 sena ittieħed l-isptar f'kundizzjoni gravi wara waqgħa minn għoli ta' sular

Ritratt minn tvm.com.mt
Ritratt minn tvm.com.mt

Għall ħabta tas-13:00 ta' wara nofsinhar, raġel ta' 41 sena mill-Imtarfa, waqa’ minn gallarija għal isfel b'għoli ta' madwar sular, wara li mid-dehra, prova jaqbeż minn gallarija għall-oħra tad-dar tiegħu wara li ssakkar barra.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fi Triq San David, l-Imtarfa, flimkien ma' ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard ġie ċeritfikat li kien sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonjiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka