Mara ssofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu fil-Mosta

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Għall-ħabta tas- 06:00 ta’ dalgħodu, mara ta’ 57 sena, minn San Ġiljan, intlaqtet minn karozza tat-tip Honda Civic misjuqa min ġuvni ta’ 28  sena, mill-Imdina, fi Triq il-Missjunarji Maltin, fil-Mosta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post flimkien ma’ ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 57 sena ġewwa l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Hija ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka