Isiru seba' arresti b'konnessjoni mal-attakk f'Westminster tal-bieraħ

Raids mill-Pulizija f'Birmingham, Londra, rriżultaw f'seba' arresti b'konnessjoni mal-attakki tal-bieraħ li ħallew erba' minn nies mejtin

Wara l-attakk fuq Westminster tal-bieraħ li ħalla Pulizija, u tliet persuni li ttajjru mill-karozza mejta, il-Pulizija għamlu numru ta' raids f'Londra li fihom saru seba' arresti ta' nies issusspettati li għandhom xi konnessjoni mal-attakk.

Aħbarijiet imħabbra mill-kap tat-taqsima ta' kontra t-terroriżmu, Mark Rowley, sostnew li matul il-lejl, mijiet ta' detectives ħadmu bi ħġarhom sabiex iwettqu tfittxijiet u arrresti f'sitt indirizzi separati.

Minbarra l-Pulizija li miet wara li wieħed mit-terroristi tah daqqa ta' sikkina, il-vittmi tal-attakk tal-bieraħ, li ttajjru mill-karozza li nstaqet fuqhom, kienu ta' nazzjonalitajiet differenti, u jinkludu mara ta' madwar 40 sena u raġel fil-ħamsinijiet.

Seba' mill-vittmi l-oħra għadhom l-isptar f'kundizzjoni gravi.

L-agressur, li saq fuq in-nies u weġġa' madwar 12, wara ħareġ mill-vettura u attakka Pulizija, hekk kif prova jidħol fil-Parlament. L-agressur twaqqaf mill-Pulizija u ndarab gravi b'tiri t'armi tan-nar. Aktar tard huwa tilef ħajtu

Fi stqarrija li saret barra minn Scotland Yard, Rowley qal li l-investigazzjonijiet f'Birmingham, Londra u f'partijiet oħra tal-pajjiż għadhom għaddejjin.

Rowley temm jgħid li "nemmnu mill-istħarriġ li sar s'issa, li l-agressur aġixxa waħdu u kien inspirat minn terroriżmu iżlamiku internazzjonali."

More in Kronaka