filmat | Minn tal-inqas mara nqatlet u oħrajn indarbu serjament f'attakk quddiem il-Parlament Ingliż

Jinstemgħu tiri ta' arma tan-nar barra l-Parlament Ingliż, f'attakk li qed jitqies bħala wieħed terroristiku

Is-sitwazzjoni fuq il-pont ta' Westminster
Is-sitwazzjoni fuq il-pont ta' Westminster

Raġel indarab serjament b'tiri ta' arma tan-nar minn Pulizija wara li dan l-attakkant darab serjament uffiċjal tal-Pulizija b'sikkina li kien qed iġorr miegħu barra l-Parlament Ingliż f'Londra.

Fl-istess waqt, madwar 10 persuni li kienu mexjin fuq il-pont ta' Westiminster weġġgħu u ndarbu wara li karozza għaddiet b'veloċità qawwija għal fuq il-bankina, u baqgħet għaddejja fuq il-persuni.

Mara ġiet ikkonfermata mejta wara dawn l-attakki.

Il-Parlament Ingliż jinsab magħluq, taħt lock down  hekk kif il-Membri Parlamentari jinsabu fil-bini.

Il-Pulizija qalu li qed jittrattaw dan il-każ bħala attakk terroristiku sakemm ikollhom iktar informazzjoni. Għadd ta' ambulanzi u karozzi tal-emerġenza marru fuq il-post sabiex tingħata assistenza lill-persuni midruba. Il-pont ta' Westminster ingħalaq għall-aċċess u għaldaqstant ħalla għadd ta' karozzi tat-trasport pubbliku mimlija b'turisti wieqfa fuq il-pont.

Il-Prim Ministru Theresa May, li fil-ħin tal-attakk kienet qiegħda fil-Parlament, ġiet evakwata u ttieħdet f'post sigur.

More in Kronaka