Ħabta ta' tliet karozzi f'Ħaż-Żebbuġ tistaġna partijiet kbar minn Malta

Traffiku li waħħal diversi lokalitajiet inħass mis-Siġġiewi, Ħ'Attard u anke partijiet mir-Rabat

ritratt: MRTU/Facebook
ritratt: MRTU/Facebook

Ħabta li seħħet għall-ħabta tat-tmienja ta' dalgħodu bejn tliet karozzi f'Ħaż Żebbuġ wasslet għal konġestjoni f'diversi partijiet ta' Malta.

L-inċident bejn tliet karozzi seħħ fi triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ faċċata tax-showroom tal-karozzi, direzzjoni lejn Ħal Qormi. Minħabba f'hekk, bosta persuni rrappurtaw li kien hemm traffiku totali u għal xi waqtiet anke staġnat minn diversi żoni u lokalitajiet.

It-traffiku ġie rrappurtat li minbarra li waħħal it-toroq maġġuri ta' Ħaż-Żebbuġ, għalaq ukoll numru ta' toroq li jgħaqqdu lokalitajiet oħra, fosthom is-Siġġiewi, Ħ'Attard u anke r-Rabat.

Diversi persuni li tkellmu ma' dan is-sit saħansitra rrappurtaw li kienu ilhom imwaħħlin f'dan it-traffiku għal kważi siegħa, minħabba li ma kienx hemm toroq alternattivi.

More in Kronaka