Ajrupjan jaqa' f'Melbourne, ħames persuni tilfu ħajjithom

Ajruplan żgħir kraxxja fuq saqaf ta' ċentru kummerċjali f'Melbourne, il-bdot u l-erba' passiġġieri tilfu ħajjithom mal-impatt

Ftit ħin wara li telaq minn ajruport f'Melbourne, ajruplan żgħir tilef il-kontroll u kraxxja fuq saqaf ta' ċentru kummerċjali f'Melbourne, Awstralja. Il-bdot ta' nazzjonalità Awstraljana flimkien ma' erba' passiġġieri Amerikani tilfu ħajjithom mal-impatt.

Jidher li l-ajruplan żgħir b'żewġ skrejjen tat-tip 'Beechcraft King', żviluppa xi ħsara fil-maġni ftit minuti wara li telaq mill-ajruport ta' 'Essendon Fields', u deher millewwel jikser fid-direzzjoni taċ-ċentru kummerċjali, fejn kraxxja fuq is-saqaf tal-istess ċentru. Fortunatament, kien għadu kmienu u ċ-ċentru kummerċjali ma kienx għadu fetaħ għall-pubbliku.

L-ewwel rapporti li ħarġu wara l-inċident ikkonfermaw li ħames persuni, il-bdot u erba' passiġġieri, kollha rġiel, tilfu ħajjithom mal-impatt.

L-impatt seħħ għall-ħabta tad-9:00 ta' filgħodu, siegħa biss qabel maċ-ċentru kummerċjali normalment jiftaħ il-bibien għan-nies, u għaldaqstant, fortunatament ma kienx hemm lok li jkun hemm aktar vittmi minbarra l-okkupanti tal-ajruplan.

More in Kronaka