Filmat | Beżaq lix-xufier tal-linja u qabbżu 'l barra

Barrani, waqt li jobżoq lix-xufier f'wiċċu jgħidlu 'Ħa ftit mid-DNA tiegħi'...

Fuq il-paġna ta' Facebook Waqfet Tal-Linja Autobuses de Leon, fejn persuni jew passiġġieri jitfgħu filmati jew kummenti dwar it-trasport pubbliku ttella filmat li ttieħed bil-kameras stess tal-karrozza tal-linja.  Fuq dan il-filmat jidher  barrani tiela' fuq tal-linja, li beżaq lejn ix-xufier u qallu 'ħa ftit mid-DNA tiegħi ma' wiċċek". Ix-xufier qam, qabdu minn dahru u tefgħu lura fit-triq filwaqt li skuża ruħu mal-passiġġieri għall-għemil tiegħu. L-inċident ġara L-Ingilterra, aktar kmieni llum.

More in Kronaka