'Domna siegħa u nofs induru fuq Malta u Għawdex biex jaħli l-fjuwil'

Passiġġier fuq ir-Ryan Air jirrakkonta l-esperjenza tal-biża li għaddew minnha

Il-każ tar-Ryan Air li kellu jmur Liverpool u kellu jerġa jinżel fl-ajruport ta' Malta wara ħsara teknika fil-ġewnaħ, kien wieħed tal-biża skont kif qalilna wieħed mill-passiġġieri lill-ILLUM.

"Fit-3.20 tlaqna mill-ajruport ta' Malta. Jien wieħed li nsiefer regolari mar-Ryan Air u qatt ma kelli problemi iżda malli tlajna il-kaptan qalilna li għandu problema fil-ġewnaħ u jkollu jerġa jinżel bi nżul ta' emerġenza. Għalhekk qgħadna nduru għal siegħa u nofs sħaħ fuq Malta u Għawdex bie xjaħli l-fjuwil. Filwaqt li kollha kemm aħna konna mwerwrin. L-inżul kien wieħed tal-biża fejn deher nieżel b'qawwa kbira u ħadna madwar 20 skoss biex waqaf fejn il-garaxx għat-tiswija fejn ilmaħt madwar erba fire engines mixgħulha bil-lest għandi nifhem."

Dan il-passiġġier qalilna li ironikament il-passiġġieri li issa kien ilhom siegħa u nofs fl-ajru u wara qata bħal dik ingħataw voucher ta' 5 ewro bie xjonfquhom fl-ajruport meta dan qas hu biżżejjed għal sandwich. Issa ilhom l-ajruport mill-5 p.m. u qalulhom li se jitilqu lejn  Liverpool għal ħabta tal-11.30 ta' bil-lejl.

More in Kronaka