Titjira tar-'RyanAir' lejn Liverpool kellha terġa tirritorna Malta

Il-passiġġieri kollha jinsabu tajbin jistennew titjira oħra fl-ajruport ta' Malta

Titjira bir-Ryan Air lejn Liverpool li fuqha kien hemm diversi partitarji Maltin ta' Liverpool, wara siegħa u nofs fl-ajru kellha terġa tirritorna fl-ajruport ta' Malta meta l-ajruplan kellu xi ħsara teknika fejn xi passiġġieri li kienu fuqu kitbu fuq facebook li qalulhom li kien hemm xi ħsarat f'ġewnaħ minnhom. Xi passiġġieri kitbu li l-ajruplan dam idur fl-ajru qabel niżel b'inżul ta' emerġenza f'Malta iżda ma kienx hemm inkwiet fl0-inżul u kulħadd jinsab tajjeb u qed jistennew titjira oħra lejn Liverpool.

More in Kronaka