Sewwieq ta’ mutur jaħbat ma' karozza u jsofri ġrieħi gravi

Is-sewwieq ta’ 52 sena, ħabat ma’ karozza fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu f'San Pawl il-Baħar

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-05:30, sewwieq ta’ 52 sena, ħabat bil-mutur tiegħu ma’ karozza fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ħabta seħħet bejn il-mutur tat-tip Yamaha u karozza tat-tip Seat Ibiza.

Is-sewwieq tal-mutur li għandu 52 sena u residenti San Ġiljan, ġarrab xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.  Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Ir-raġel ta' 33 sena minn San Pawl il-Baħar stess, li kien qiegħed ssuq il-karozza, ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka