Żieda ta' 3.5% fil-liċenzji tal-karozzi maħruġa fl-2016

Fl-aħħar xhur tal-2016, kien hemm żieda ta' 3.5% fil-liċenzji tal-karozzi maħruġa, għal total ta' 358,947 karozza fit-toroq Maltin

Sal-aħħar tal-2016, in-numru ta' karozzi fit-toroq Maltin tela' għal 358,947 waħda, b'żieda ta' 3.5% meta mqabbel man-numru ta' karozzi fl-2015. Minn dawn il-karozzi, 79.9% kienu vetturi privati li jġorru l-passiġġieri, filwaqt li 13.5% kienu vetturi kummerċjali u 6.5% muturi u roti. Iż-żieda fin-numru ta' karozzi tal-linja u minibuses ammontat għal inqas minn 1%

Din iż-żieda fl-ammont ta' karozzi liċenzjati hija ekwivalenti għal medja ta' żieda ta' 30 karozza kuljum.

Iż-żieda ta' liċenzji ġodda li ġew reġistrati fl-2016, ammontat għal 5,312 karozza, li l-maġġoranza tagħhom kienu karozzi tal-passiġġieri. Il-liċenzji maħruġin għal muturi u roti telgħu għal 641.

Minn dawn il-liċenzji ġodda maħruġin, 42.7%, jew 2,267 liċenzja, kienu għal karozzi ġodda, filwaqt li l-karozzi użati li ġew reġistrati għall-ewwel darba kienu 3,045.

More in Kronaka