Aġġornata | Valanga tolqot lukanda fl-Italja. 30 persuna nieqsa, suspettati mejta

Il-valanga jidher li kienet riżultat tat-terremoti li seħħew ilbieraħ f'Abruzzo. In-numru ta' mejta għadu mhux ikkonfermat

Uffiċjali tas-Salvataġġ fir-reġjun ta' Abruzzo fl-Italja, għadhom kif ikkonfermaw li numru ta' nies tilfu ħajjithom wara li Lukanda intlaqtet minn valanga tas-silġ, li x'aktarx kienet ikkawżata mit-theżżiż ta' terremot li seħħew ilbieraħ.

Il-membri tal-korp tas-salvataġġ qattaw il-lejl li għadda kollhu biex jipprovaw jaslu sal-lukanda milquta mill-valanga, viċin il-muntanja 'Gran Sasso' fir-reġjun ta' Abruzzo.

S'issa n-numru ta' mejtin għadu mhux ikkonfermat iżda l-kap tal-iskwadra tas-salvataġġ stqarr li qegħdin jistennew numru kbir ta' vittmi, hekk kif madwar 30 persuna kienu jinsabu fil-lukanda 'Rigopiano' meta seħħet il-valanga.

More in Kronaka