Anzjana salvata wara li ntilfet minn sensiha minħabba ħruġ ta' gass

Kien l-intervent ta' infermiera li xammet il-gass mill-kaxxa tal-ittri li wassal biex l-anzjana tiġi salvata

Intervent ta' infermiera f'dar f'Tas-Sliema, wassal biex tiġi salvata anzjana li ntilfet minn sensiha f'darha wara ħruġ ta' gass

Jidher li l-infermiera li kellha żżur lill-anzjana fir-residenza tagħha f'Tas-Sliema, xammet riħa ta' gass ħierġa mill-kaxxa tal-ittri, wara li l-anzjana ma fetħitx il-bieb.

Il-Pulizija ssejħu fuq il-post, u wara li żgassaw il-bieb, sabu lill-anzjana mitlufa minn sensiha mal-art minħabba l-ħruġ ta' gass mill-forn tagħha.

L-anzjana ttieħdet l-isptar għall-kura. il-kundizzjoni tagħha għada mhux magħrufa.

Il-Pulizija li wettqu s-salvataġġ kellhom jiġu kkurat wkoll minħabba li anke huma ġew esposti għall-gass li kien hemm fid-dar tal-anzjana.

More in Kronaka