Tliet ajruplani tal-gwerra Franċiżi jinżlu Malta

Ħsara fil-maġni ta' ajruplan li jissupplixxi l-fuel fl-ajru, wasslet biex dan l-ajruplan flimkien ma' żewġ ajruplani tal-gwerra jitolbu li jinżlu Malta.

Il-Boeing LC-135 Stratotanker żviluppa problemi fil-magni u kellu jinżel Malta | Ritratt ta' James Bianchi

Żewġ ajruplani tal-gwerra Franċiżi tat-tip 'Rafale', flimkien mal-ajruplan li jissupplixxi l-fuel fl-ajru, kellhom jinżlu fl-Ajruport ta' Malta għall-ħabta ta' 12:30, wara li l-'Boeing KC-135 Stratotanker' żviluppa xi problemi tekniċi fil-magna.

Huwa mifhum li l-ajruplani kienu fuq missjoni fil-Mediterran meta l-ajruplan tal-fuel żviluppa l-ħsara li ġiegħlet lill-bdoti jieħdu d-deċiżjoni li jdawru r-rotta tagħhom u jitolbu biex jinżlu Malta.

Żewġ ajruplani tal-gwerra Franċiżi fl-ajruport ta' Malta | Ritratt ta' James Bianchi

More in Kronaka