Filmat | Tinqatel kuċċarda kmieni dalgħodu...

Kmieni dalgħodu, Il-CABS ġibdu filmat ta’ kuċċarda maqtula minn "poacher" f’Ġebel Ciantar

Kuċċarda, tajra protetta tinqatel kmieni dalgħodu
Kuċċarda, tajra protetta tinqatel kmieni dalgħodu

L-ilmenti, ritratti fuq facebook u artikli fuq il-gazzetti dwar il-qtil ta’ aktar minn 20 għasfur protett il-ġimgħa l-oħra biss, ma serviex ta’ detriment għal xi kaċċatur, jew "poacher", kif qed jiġu msejjħa, li dalgħodu ma felaħx ma jisparax fuq ġrupp ta’ kuċċard li kienu jinsabu fl-inħawi ta’ Ġebel Ciantar. 

Il-Kumitat kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) ippublikaw filmat li nġibed dalgħodu, li juri wieħed mill-kuċċard jintlaqat u jitniżżel.

 

Jinhad li fl-inħawi fejn saret din l-isparatura, intlemħu madwar 5 kaċċaturi dalgħodu. Minflok għenu biex il-“poacher” jiġi rrappurtat u maqbud, huma kollha komplew jikkaċċjaw jew telqu minn fuq il-post qabel mall-Pulizija waslu, 45 minuta wara r-rapport tal-CABS.

L-Uffiċjali mill-ALE wettqu tfittxija fiż-żona iżda la sabu l-kuċċarda l-milquta u lanqas lill-“poacher” responsabbli mill-qtil tagħha.

More in Kronaka