Raġel fil-periklu tal-mewt u tfajla f'qagħda kritika wara ħabta fl-Imqabba

Ir-raġel ta' 67 minn Ħaż-Żebbuġ jinasb fil-periklu tal-mewt

Raġel ta' 67 sena minn Ħaż-Żebbuġ u tfajla ta' 21 sena miż-Żurrieq jinsabu l-isptar għall-kura wara li kienu involuti f'inċident tat-traffiku fl-Imqabba.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30pm, fi Triq Tas-Sejba, l-Imqabba. Minn investigazzjonijiet perliminari illi saru rriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Mazda 323F misjuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u vettura tat-tip Honda Civic misjuqa minn tfajla ta’ 21 sena residenti ż-Żurrieq.

Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi li ħadu liż-żewġ xufiera l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, il-Pulizija ġew infurmati li r-raġel jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-kundizzjoni tat-tfajla għadha mhux magħrufa iżda ma tinsabx f’qagħda kritika.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa  fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Għassa taż-Żurrieq għadhom għaddejjin.

More in Kronaka