Sirjan isofri ġrieħi gravi wara li waqa' minn fuq scaffolding

Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet f'Ħal Kirkop

Raġel ta' nazzjonalità Sirjana waqa' minn fuq scaffolding waqt li kien qed xi xogħol f'Ħal Kirkop.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00pm, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Lewżiet, Ħal Kirkop.

Minn investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li raġel ta’ nazzjonalità Sirjana kien qieghed jagħmel xi xogħol fuq scaffolding, meta għal xi raġuni waqa' minn għoli ta’ madwar żewġ metri.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu u ħa lill-persuna l-isptar għal aktar kura, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Għassa taż-Żurrieq għadhom għaddejjin.

More in Kronaka