Ċiklist iweġġa gravi f'Ħad Dingli

Raġel ta' 62 iweġġa gravi f'inċident wara li żelaq bir-rota

Ċiklist jittieħed l-istptar f'kundizzjoni gravi wara li żelaq bir-rota
Ċiklist jittieħed l-istptar f'kundizzjoni gravi wara li żelaq bir-rota

Dalgħodu għall-ħabta tat-07:50, raġel ta’ 62 sena, residenti Ħ’Attard kien qed isuq rota, meta allegatament huwa żelaq fuq xi fuel li kien hemm mal-art.

L-inċident seħħ fi Triq il-Għajn, Dingli, fejn il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post biex tistħarreġ il-każ.

Iċ-ċiklist ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Fuq il-post issejjħu ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jitneħħa kull periklu li seta’ kien hemm fit-triq.

Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Għassa tar-Rabat għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka