Magħrufa l-identità tal-qattiela tal-qassis Franċiż

Iż-żewġ terroristi ta’ 19-il sena li qatlu qassis fi Franza nhar it-Tlieta ġew identifikati

Abdel Malik Petitjean u Adel Kermiche waqt filmat fejn jaħilfu l-allejanza tagħhom lejn L-IS
Abdel Malik Petitjean u Adel Kermiche waqt filmat fejn jaħilfu l-allejanza tagħhom lejn L-IS

Il-prosekuzzjoni fi Franza identifikat ukoll it-tieni ġuvni nvolut fl-agressjoni fi knisja fin-Normandija, bħala Abdel Malik Petitjean, ta’ 19-il sena.

L-agressjoni li seħħet nhar it-Tlieta li għadda, u li fiha, qassis ġie maqtul meta wieħed mill-ġuvintur ħanxarlu għonqu b’sikkkina, bdiet hekk kif iż-żewġ ġuvintur żammew lil Fr. Jacques Hamel ta’ 86 sena, flimkien ma żewġ sorijiet u xi parroċjani ostaġġi fil-knisja ta’ Saint-Etienne-du-Rouvray.

L-aġressur l-ieħor kien identifikat aktar kmieni bħala Adel Kermiche, ukoll ta’ 19-il sena.

Wara l-attakk, il-ġrupp terroristiku li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku (IS) xandar filmat li juri ż-żewġ żgħażagħ jaħilfu l-alleanza tagħhom lejn il-grupp.

Petitjean, l-istess bħall Kermiche, kien fuq il-lista ta’ suspettati radikali tal-Pulizija Franċiza. Iż-żewġ ġuvintur kienu t-tnejn li huma taħt osservazzjoni minħabba li kien magħruf li jissimpatiżżaw mal-Istat Iżlamiku.

Minkejja dan, huma kienu ċittadini liberi fi Franza.

More in Kronaka