Taljan arrestat b'żewġ kilogrammi kannabis

Raġel Taljan ta' 42 sena jiġi arrestat wara sejba ta' 2 kilogrammi raża tal-kannabis

2 Kilos raża tal-kannabis fil-pussess ta' raġel Taljan
2 Kilos raża tal-kannabis fil-pussess ta' raġel Taljan

Raġel Taljan ta' 42 sena, residenti Birżebbuġa, instab fil-pussess ta' aktar minn żewġ kilgrammi sustanza suspettata raża tal-kannabis sabiex tiġi traffikata.

Dan seħħ wara ġimgħat t'osservazzjoni mill-membri tal-iskwadra ta' kontra d-Droga, ilbieraħ wasslu għall-arrest tat-Taljan.

Hu mistenni jistressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Ghassa Dr. M.A. Farrugia fis-siegħat li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka