Jaqla' daqqa ta' sikkina wara argument

Ġuvni Somalu ta' 19-il sena jittieħed l-isptar wara li kien involut f'argument li fih qala' daqqa ta' sikkina

Il-Pulizija jintervjenu waqt argument li fih Somalu ta' 19-il sena qala' daqqa ta' sikkina
Il-Pulizija jintervjenu waqt argument li fih Somalu ta' 19-il sena qala' daqqa ta' sikkina

Tard il-bieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-21:45, ġuvni Somalu ta’ 19-il sena, residenti Marsascala, qala' daqqiet b’arma li taqta’ u bil-ponta wara li kien involut f’argument ma’ persuna li l-identità tagħha għadha mhux magħrufa fi Triq id-Dragunara, San Ġiljan.

Il-Pulizija marru fuq il-post flimkien ma tim mediku li assista lil-ġuvni, li wara ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija mill-Għassa ta' San Ġiljan għaddejjin bl-investigazzjoni fuq il-każ.

More in Kronaka