Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

(RITRATT) Bence Murinai ġie għal btala f'Għawdex u spiċċa mitluf fil-baħar

Bence Murinai mar jgħum Marsalforn u baqa ma telax

John Busuttil / 15 ta' Lulju 2016 10:08
Żagħżugħ Ungeriż ta' madwar 18-il sena jinsab mitluf fil-baħar qawwi ta' Marsalforn, wara li l-bieraħ mal-lejl qabeż jgħum u ma telax mill-baħar. It-tfittxija bil-helicopters bdiet il-bieraħ mal-lejl iżda kellha tieqaf u reġgħet imbdiet dalgħodu, iżda s'issa ma tat l-ebda frott. Dan iż-żagħżugħ barrani jinsab Għawdex kien jinsab btala ta' xahar flimkien ma' ommu u ħutu.

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook