Żagħżugħ ta' 17-il sena jinstab mejjet qrib il-Higher Secondary fin-Naxxar

Student jinstab mejjet barra l-iskola tan-Naxxar

Matthew Demicoli ta' 17-il sena minn Ħal Balzan instab mejjet barra mill-iskola tal-Higher Secondary fin-Naxxar. Apparentement miet ħabta u sabta ftit metri 'l bogħod mid-daħla tal-iskola hekk kif kien dieħel għal ġurnata lezzjonijiet. Apparentement, iż-żagħzugħ miet mewta naturali ftit wara li missieru kien waslu bil-karozza ftit 'il bogħod mid-daħla tal-iskola.

Għandha ssir awtopsja sabiex tiġi kkonfermata l-kawża tal-mewt tiegħu.

Il-pulizija marret fuq il-post sabiex tagħmel l-investigazzjoni tagħha waqt li nħatret inkjesta maġisterjali fuq il-każ. 

More in Kronaka