Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Ktibt li ktibt mingħajr ma kont naf x’ġara eżatt…ħsibtha xi scoop ta’ ġurnalist biex jagħmel ħoss

Dj Lito juri l-irġulija  tiegħu meta jammetti l-iżball u jiskuża ruħu f'kummenti esklussivi mal-ILLUM

 

John Busuttil / 10 t'Ottubru 2015 10:10
Kulħadd jaf x’ġara l-ġimgħa l-oħra wara l-inċident tal-biża li seħħ f’paqpaqli għall-Istrina. Iżda barra l-inċident li ħalla 26 feruti u ħamsa f’qagħda kritika li llum baqa wieħed f’qagħdha kritika (li wkoll hu ħafna), qam agħa sħiħ meta DJ fuq Radio 101, Dj Lito, kiteb fuq facebook ‘Ifqagħni għall-istrina’ u paragrafu fuq stil ‘black humour’ li qajjem agħa sħiħ f’Malta. Dan il-portal fil-fatt ħareġ b’dak li kiteb DJ Lito u kien hemm eluf kbar ta’ hits u kliem dispreġġativ dwar dak li kiteb dan id-DJ.

Sadattant Dj Lito kkuntattjana u b’mod mill-aktar edukat fejn anke deher emozzjonat għal dak li ġara b’dak li kiteb qalilna li hu persuna ta’ qalb tajba li lanqas kapaċi jirfes nemla aħseb u ara jweġġa lil xi ħadd ferut għal mewt b’dak il-mod.

“Jekk tfittex fuq il-Facebook tiegħi għandek tara li dak il-ħin kien mohhni f’dak li nstab fuq il-pjaneta Mars u bdejt niċċajta li sabu l-ħelu eċċetra. Bil-vena umoristika li kont għaddej biha, meta rajt l-ewwel aħbar fuq id-disgrazzja li ġrat f'Hal Farrug, l-ajruport, li naf kemm is-soltu jkun hemm sigurta',” qal Dj Lito li hu impjegat hemmhekk, “ghidt bejni w bejn ruhi, minghajr ma qrajt il-kontenut, li din hija xi 'scoop' ohra ta' xi gurnalista biex jaghmel hoss. 

“Wara ftit li nqtajt minn Facebook, kien hemm ħbieb li ċempluli biex nara x'inhu jiġri, għalhekk intbaht li s-sitwazzjoni kienet gravi ... immedjatament ħassart it-tlitt posts li tfajt u skużajt ruħi.”

Li ġara iżda li l-post tiegħu laħaq kien ikkupjat u beda jdur mal-media soċjali, fejn spiċċa anke fuq dan il-portal u hawn DJ Lito qal hekk kif ħassu dak il-ħin, “Ixxukjajt ruhi, bniedem li lanqas jaf kif jirfes nemla u jikteb hekk !!!!!  Ma nafx kif nispjegalek, ghall-ewwel kienet ġlieda kontinwa ghax hassejtni l-ħaruf tas-sagrifiċċju, Imma imbaghad xi ħbieb qaluli biex noqgħod kwiet. Jiena bniedem ribelluż ħafna u kienet difficli ghalija imma kellhom raġun.”

Hu kompla jirrakonta x’ġara minn dak il-ħin, “Kumbinazzjoni kellna laqgha ppjanata l-għada mal-101. Mort b'ras maqtugħa, u meta spiċċat il-laqgha tlabt li nitkellem mas-CEO li tani l-aħbar tat-tkeccija . Tlaqt bil-kelma t-tajba, naf li ghamilt hsara lil l-istazzjon (fil-kuntest Malti). Iva nħoss li zbaljajt. U iva ghax kont fuq stazzjon politiku, kieku kien Ċikku l-poplu ma kien jiġri xejn.  Il-facebook, il-qarrejja tieghek jarawh, jaraw l-atroċitajiet li hafna Maltin jitfgħu.

Għall-ewwel 3 t'ijiem ma stajtx norqod u niekol sew, il-hsibijiet ma kienux ghalija imma ghal dawk li weggghu f'dan l-incident u lil dawk li weggajt bi kliemi.”

Dj Lito li minn dak in-nhar li sirt nafu permezz ta’ chats fit-tul miegħu ndunajt li hu persuna ta’ qalb tajba, ċajtier, jemmen fil-black humour iżda żgur li mhux kattiv xtaq iwassal dan il-messaġġ, “Nitlob lil kulhadd jiskużani ... min jafni, jaf li ma ghamilthiex apposta u biex inwegga'. Nibqa' nammetti li ktibt 3 posts bl-għaġġla u mingħajr ma qist il-konsegwenzi.  Nitlob ghal kull min għadu taħt il-kura u x-xokk ta' l-inċident. U nispera li darb'oħra jkun hemm iktar sigurta' f'dawn it-tip ta' attivitajiet.  Nirrispetta w nagħder lil kull min offendieni u qal certa kliem li jwegga', naf cert li hafna minnu kien b'rabja. Nixtieq nirringrazzja lil għadd ta' hbieb u nies oħra li għamluli kuraġġ biex ma ningħalaqx fija nnifsi f'dal-mument difficli.”

Dan kollu juri kemm hu bniedem kbir dak li jammetti l-iżball u jiskuża ruħu, għax dawk huma r-regoli tal-irġulija.

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook