L-Omm u l-bint ta' sitt snin qalbu għall-aħjar u m'għadhomx fil-periklu tal-mewt

12-il persuna għadhom qed jingħataw kura f'Mater Dei

Wara l-incident li seħħ waqt Paqpaqli lbierah, bħalissa għad hemm 12-il persuna li qed jingħataw kura f'Mater Dei. Dalgħodu kienu 14 il-pazjenti f'Mater Dei. Matul il-jum, illum, tnejn minn dawn instabu f'kundizzjoni tajba biex jintbagħtu d-dar.

 

Intant għad baqa’ erba’ persuni fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Tlieta minnhom, inklużi l-omm u  bintha ta’ sitt snin, qalbu għall-aħjar u m’għadhomx fil-periklu tal-mewt. Persuna oħra għadha f'qagħda kritika.

 

Intant, mitt ruħ illum ingħataw għajnuna minn psikologi u psikoanalisti f'taqsima f'Mater Dei li nfetħet apposta għal dan il-għan, biex tgħin lil dawk kollha li ġew affettwati minn dan l-inċident.

 

 

More in Kronaka