Rabja kbira għal kandidat laburista li mar jieħu selfie fejn sar il-massakru

Hu wieġeb li tieħu selfie mhux illegali um'għamel xejn ħażin

Kandidat Parlamentari tal-labour Ingliż, Amran Hussein ta' 29 sena ħoloq rabja kbira fost l-=Ingliżi meta mar jieħu selfie flimkien ma' xi ħbieb tiegħu fejn eżatt sar il-massakru li ħalla 30 turist Ingliż maqtula jumejn qabel. Amran Hussein li hu riservista tal-armata Ingliża u li kkontesta għal North East Hampshire (NHS) iddefenda dan ir-ritratt billi qal li hu mar fil-bajja biex jagħti rispett lil dawk maqtula u fl-istess ħin qal li ma jafx li tieħu selfi hu b'xi mod illegali. "Ma nara xejn ħażin. ma konniex qed niġbdu xi mument sabiħ u morna hemm biex nuru solidarjeta u ħadt ritratt tal-post fejn seħħ. Poġġejt bukkett fjuri u tlabt għal vittmi. Stajt ngħid lil xi ħadd joħdilna ritratt iżda ridt nieħu ritratt tal-post fejn poġġejna l-fjuri."

Mijiet ta' Ingliżi ħasbuha mod ieħor fejn it-twitter pie nvażat b'kundanna dan ir-ritratt diżgustanti fejn qalu li dan il-kandidat laburista m'għandux mistħija ta' xejn u suppost jaf aħjar. Oħrajn qalu li l-familji għadhom fil-luttu u hu mar jieħu ritratt biex iżommu memorja ta' dak li sar ftit sigħat qabel.

Dan il-kandidat fl-aħħar elezzjoni kien imkaxkar mill-kandidat konservattiv li ġab 35,573 vot kontra l-5290 vot li ġab il-kandidat laburista. 
 

 

 

More in Kronaka