[Aġġornat bil-kummenti tal-MAHE] Lukanda tħallas lil Bulgari €3.80fis-siegħa u tiddikjarahom self employed

Xibka ta’ abbuż - lukanda “timporta” ħaddiema Bulgari minn barra 

Persuni li tkellmu mal-ILLUM b’mod esklussiv taħt kundizzjoni ta’ anonimità spjegaw kif lukanda partikolari fil-pajjiż stabbilixxiet kuntatti ma’ aġenziji tax-xogħol fil-Bulgarija, li min-naħa tagħhom ifornuhom b’ħaddiema li jagħmlu xogħolijiet varji fosthom ta’ waiters, chambermaids jew impjiegi relatati ma’ maintenance. Dawn il-ħaddiema jitħallsu €3.80 kull siegħa u minn dawn, l-istess Bulgari, jridu jerġgħu jħallsu madwar 10ċ jew xi drabi anke 20ċ lill-aġenzija li tkun ġabithom pajjiżna. Dan ifisser li f’idejhom dawn il-ħaddiema jkunu qed jaqilgħu madwar €3.60 jew €3.70 fis-siegħa. Meta wieħed jaħdem dan l-ammont kontra l-paga minima jsib li dawn il-ħaddiema, wara l-ħlas obligatorju lill-aġenzija, jkunu qed jaqilgħu minn 46ċ sa 56ċ inqas mill-paga minima kull siegħa, jew sa madwar €90 inqas mill-paga minima fix-xahar.* 

Intant fi stqarrija  il-Malta Association of Hospitality Executives (MAHE) għamlitha ċara li hija tiddeplora u tiddiżapprova minn kwalunkwe prattika bħal dik irraportata fuq il-ġurnal ILLUM tal-bieraħ. HIja sostniet li mhu se tasal qatt li taċċetta prattiċi bħal dawn minn dawk li huma membri tagħha u qalet li tkeċċi kwalunkwe membru tagħha li jinqabad juża dawn il-prattiċi. 

More in Kronaka