Is-saċerdot li qatel lil Guerrina ma ngħatax liberta proviżorja

Is-saċerdot kien  jgħix ħajja doppja..ta' saċerdot u jiġri mal-prostituti

Gratien Alabi magħruf aktar bħala Fr Graziano ma ngħatax il-liberta proviżorja dwar l-akkużi li għandu li qatel lil maħbuba sigrieta tiegħu Guerrina Piscaglia. L-avukat tiegħu qed jgħid li Graziano mhux ħati speċjalment li l-katavru tagħha ma nstabx. Iżda qed jingħad li din il-mara ġiet maqtula b'daqqiet ta' sikkina fil-bosk. Skont il-maġistrati Fr Graziano hu suġġett perikolożissimu b'tendenzi li javviċina nisa vulnerabbli. Kien permezz ta' identikit li Fr Graziano ġie arrestat u mixli b'dan id-delitt u l-maġistrati irrifjutaw il-ħelsien mill-arrest tiegħu.

Il-qorti qalet li hu persuna bla qalb u bla rimors anke wara li wettaq delitt daqshekk atroċi. "Alabi hu persuna abitwata li jaġixxi b'mod diżinvolt għal kollox, tajjeb ħafna biex jassimula u kapaċi jgħix ħajja doppja. Dik ta' saċerdot u ta' bniedem li jiffreekwenta regolarment prostituti u anke maħbub ta' diversi nisa." Hu dan il-kontenut tal-att kif kien irrapurtat eżatt fuq il-ġurnal Corriere di Arezzo. Il-qorti sabet ukoll lil żewġha innoċenti fil-qtil tagħha, wara li l-avukati tal-saċerdot kienu qed jitfgħu l-ħtija fuq żewġha wara li intbagħat messaġġ li kienet se titlaq lil żewġha biex tmur ma' marokkin. Iżda dan il-messaġġ fil-fatt kien wioeħed mibgħut minn ħabib (saċerdot ieħor) ta' Fr Graziano mill-mobile tal-mejta biex jitfgħu l-ħtija fuq żewġha. Iżda dan il-messaġ kien l-akbar xhiedha li wasslet biex is-saċerdot jiġi akkużat b'dan l-att għax kien ifisser li kellu f'idejh it-telephone ċellulari tal-mara.

 

More in Kronaka