Grupp ta' tfal ġew aggrediti u msawta b'ċintorin minn Libjan fis-sakra fil-Marsa

Ipprova jisirqilhom il-mobiles u dawn ġrew warajh sa ma ġie arrestat

Ritratt mill-INEWS
Ritratt mill-INEWS

Il-portal INEWS irrapurtat li Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat ftit tal­-ħin ilu wara li agredixxa grupp ta’ tfal fil­-bandli tal­-Marsa qrib il­-Knsija Parokkjali tal­-istess post. Skont l-INEWS li tkellmu mal-pulizija qalulhom li jidher li dan ir­-raġel, li fil­-mument li ġara l­-aċċident kien fis­-sakra, agredixxa lil grupp ta’ tfal u f’ħin minnhom qabad jiġbed il-flokk ta’ tifel partikolari waqt li beda jtih kemm jiflaħ biċ­-ċinturin. Iktar minn dan, it­-tfal allegaw li f’punt minnhom dan ir-­raġel offenda l­-pudur tat-tfajliet preżenti billi beda jikxef il­-parti ġenitali tiegħu. Jidher li dan ir­-raġel, f’punt minnhom, agredixxa lil dawn it­-tfal b’oġġett magħmul mill­-metall.

Żewġ vetturi tar­-RIU u oħra tad­-distrett b’numru ta’ pulizija tkellmu ma' grupp ta’ madwar sebat’itfal. L-INEWS li kienu preżenti fuq il-post meta waslu l-pulizija rrapurtaw li ħin minnhom feġġ tifel ta' madwar 15-il sena b’marki fuq għonqu u wiċċu bil­-flokk mwessgħa.

Ir­-raġel kien arrestat. Il-pulizija talbu lit-tfal li flimkien mal-ġenituri tagħhom imorru l-għassa tal-Ħamrun jagħmlu rapport ta' dak kollu li ġara.

More in Kronaka