(RITRATTI GRAFIĊI) Neżżgħuh, kaxkruh u qatluh talli stupra tfajla

Daħlu għalih il-ħabs, neżżgħuh għarwien, kaxkruh għal 4 mili u tawh xeba' għall-mewt

Il-poplu Indjan imxebba minn dawk l-irġiel li jistupraw tfajliet studenti u wara jwaħħlu fl-istess tfajliet li kien tort tagħhom li stuprawhom jew qatluhom għax m'aċċettawx li jiġu stuprati bil-kwiet, wettqu ġustizzja 'Indian Style'. Billi grupp ta' rġiel daħlu l-ħabs, ħatfu lill-akkużat li stupra tfajla studenta, neżżgħuh għarwien, kaxkruh għal 4 mili u ħallewh mejjet b'xeba kbira li tawh, waqt li l-poplu ġibdu r-ritratti tal-mewt tiegħu u bdew japplawdu l-att li sar quddiemhom.

L-istupratur kellu 35 sena u kien negozjant ta' karrozzi wżati. Il-gvern talab għal kalma wara dan l-inċident. Dan ir-raġel allegatament stupra tfajla minn kulleġġ viċin għal diversi drabi x-xahar li għaddha. Skont rapporti mill-midja hu miet waqt li kien qed jitkaxkar għal erba mili sħaħ bil-pubbliku jsawtu u jitfgħalu l-ġebel. Dan kollu qed jiġri wara li l-poplu Indjan ma jiflaħx iżjed għal dawk l-irġiel li qed jistupraw lit-tfajliet kulmeta jfettlilhom. Il-poplu jidher li qal daqshekk għall-istupraturi. 

Sadattant f'Dimapur fejn twettaq dan l-istupru dalgħodu saret protesta kbira u kien wara din il-protesta li studenti u nies b'rabja kbira marru l-ħabs u rnexxielhom joħorġu lill-akkużat u joqtluh. Jingħad ukoll li n-nies ħarqu djar u negozji ta' fejn l-istupratur kien jaħdem. Il-poplu ġġieled kontra l-pulizija meta ppruvaw iwaqqfu dak li kien qed jiġri.

 

 

More in Kronaka