Il-Ġappun u l-Istati Uniti jaħilfu li jikkaċċjaw lil qattiela tal-Ġappuniż

Wara li dalgħodu l-ISIS ħareġ il-filmat b'Jihadi John jħanxar ras il-ġurnalista Ġappuniż

Wara tant stennija Kenji Goto l-ġurnalist simpatiku u ferm maħbub fil-Ġappun, Kenji Goto inqatel mis-soltu Jihadi John billi b'libsa oranġjo u għarkubbtejh mal-art tħanxarlu għonqu b'mod mill-aktar makabru. Il-qtil bħal dejjem ġie ffilmjat u mitfugħ fuq l-internet. Dan kollu ħoloq rabja kbira mhux biss madwar id-dinja iżda aktar u aktar fil-Ġappun fejn il-gvern Ġappuniż ħalef li se jagħmel kaċċa kbira għal qattiela ta' dawn iż-żewġ ostaġġi Ġappuniżi.

L-ISIS waqt li kienu qed joqtlu lil Ġappuniż qalu li dan hu l-bidu tal-battalja kontra l-Ġappun wara li dawn qed jgħinu lill-Istati Uniti fil-ġlieda kontra l-ISIS filwaqt li l-Gvern Ġappuniż flimkien ma' dak Amerikan qalu li huma se jagħmlu kaċċa bla ħniena għal dawn il-qattelin.

Goto kien miżżewweġ u missier żewġ ulied.

More in Kronaka