Ix-xufier ta' Mallia mistenni jitressaq il-qorti

Minn informazzjoni li għadha kif daħlet jidher li Sheehan se jitressaq il-Qorti nofs siegħa oħra

L-eks xufier ta' Mallia
L-eks xufier ta' Mallia

Minn informazzjoni li għandha l-gazzetta ILLUM jidher li Paul Sheehan, l-eks xufier tal-Ministru Manuel Mallia se jitressaq il-qorti fl-4.30pm.

Sheehan, kien il-persuna li l-ġimgħa l-oħra spara tiri fuq karozza privata wara li din laqtet il-karozza ministerjali u baqgħet sejra.

Għalkemm l-ewwel stqarrija qalet li l-isparaturi kienu ta' twissija, u ġew sparati fl-arja, mir-ritratti deher li l-isparaturi kienu mmirati lejn il-vettura tal-Iskoċċiż residenti hawn Malta.

More in Kronaka