Ritratt tal-ħalliel li seraq €15,000

Bħalissa l-Pulizija qed tfittex lil raġel li nhar it-Tnejn li għadda seraq €15,000

Dan hu l-ħalliel li seraq madwar €15,000 it-Tnejn filgħaxija
Dan hu l-ħalliel li seraq madwar €15,000 it-Tnejn filgħaxija

Il-Pulizija għadha kif ħarġet dan ir-ritratt fil-pubbliku sabiex titlob l-għajnuna tan-nies biex isibu lill-ħalliel li nhar it-Tnejn li għadda, filgħaxija, seraq €13,000 fi flus kontanti u €2,000 f'ċekkijiet.

Dan ir-ritratt hu meħud minn dak li kien qed jinġibed mill-kameras tas-sigurtà.

Min għandu xi informazzjoni dwar min hu dan ir-raġel għandu jgħaddiha lill-Pulizija mill-aktar fis possibli.

More in Kronaka